Sunday, May 5, 2024

“Jien mhux opportunista imma eks Nazzjonalista li se nivvota għall-ewwel darba lill-PL”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt attività politika tal-Partit Laburista, Antonella Rogers qalet li għall-ewwel darba li qed titkellem f’avveniment politiku, tħoss li trid twassal messaġġ pożittiv.

Bdiet billi rringrazzjat lill-Partit Laburista li fi żminijiet diffiċli sabithom ta’ spalla. “Kienet dik it-telefonata fost il-ħafna telefonati minn membri tal-partit u ministru li ċempluli u qaluli: Aħna warajk u nawgurawlek fejqan ta’ malajr.  Ma ħarsux lejn kuluri jew min kont jew mil-liema kulur kont ġejja, imma ħarsu lejn is-saħħa tiegħi u apprezzajt sal-ġurnata tal-lum.”

“Weġġajt ħafna meta kien hemm min uża l-kelma kanċer bħala ballun politiku, imma dan se nħalliha waraja għax illum rajt id-differenza bejn partit u ieħor. Grazzi ukoll tal-pilloli xejn li qabel kont inħallas għalihom. Grazzi  li bħala persuna li nagħmel parti mill-komunità LGBTIQ ġejt rikonoxxuta. Grazzi lil dawk li qaluli opportunista għax illum qed hawn li mhux veru opportunista… eks nazzjonalista li se nivvota għall-ewwel darba l-Partit Laburista.”

Sport