Friday, May 17, 2024

“Jekk ma tridx tqum u ssib ‘Robert Abela b’maġġoranza ikbar’ trid toħroġ tivvota lill-PN”

Aqra wkoll

Waqt attività politika minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech rringrazzja lil dawk kollha li marru d-Dar Ċentrali u għad iridu jmorru biex jagħtuhom id-donazzjoni tagħhom. “Grazzi għall-appoġġ finanzjarju wkoll,” qal Grech, “Bla dubju li din il-mixja li waslet fl-aħħar ġimgħa tagħha, din il-mixja bdejniha flimkien, qegħdin nagħmluha flimkien u se ntemmuha flimkien.  Pero din hija mixja mhux tat-tluq imma mixja ta’ wasla biex nibdew, wara s-26 ta’ Marzu, esperjenza ġdida. Il-viżjoni tal-PN hija l-unika viżjoni li l-poplu għandu quddiemu. Ħaddiehor m’għandux viżjoni għall-problemi ta’ dan il-pajjiż imma għandu numru ta’ miżuri. Aħna għandna pjan ta’ ħidma u għandna viżjoni li umilment nemmnu li huwa dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin.”

Żied jgħid: “Ċertu miżuri, bħal pjan tagħna għat-trasport tal-massa,  huwa dak li l-pajjiż għandu bżonn mhux għall-ħames snin li ġejjin biss imma għas-snin ta’ wara. Ħaddiehor ftit tax-xhur ilu qalilna bil-metro u issa qed jgħidilna ‘forsi’, ‘jekk’, ‘ma nafux’ u allura jfisser li mhux veru għandhom pjan għat-trasport pubbliku tal-massa.”

“Il-viżjoni tagħna umilment aħna qed nippreżentawha quddiemek, issa jiddependi minnek. Int trid twieġeb għal din is-sejħa.”

“Jekk trid tbiddel dan kollu magħna, trid tiġbor id-dokument tal-vot u toħroġ tivvota għall-PN. Jekk inti trid li fis-27 ta’ Marzu ma tridx tqum filgħodu u ssib ‘Robert Abela b’maġġoranza ikbar’ trid toħroġ tivvota lill-PN.”

Sport