Saturday, December 28, 2024

Jomic Calleja Maatouk fost l-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa

Aqra wkoll

Jomic Calleja Maatouk ta’ 37 sena jinsab fil-lista tal-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa tal-Europol, li hija l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea responsabbli mis-sigurtà.

Il-Europol qalet li huwa maħsub li Jomic Calleja Maatook ħarab mill-gżejjer Maltin u jidher li huwa akkumpanjat minn martu Marzia Marimar Calleja Maatouk.

Aktar kmieni din is-sena, Jomic kien ikkundannat ħames snin ħabs wara li nstab ħati li pprova jdaħħal materjal splussiv f’Malta.

Huwa kien appella mis-sentenza iżda fl-aħħar jiem naqas milli jsegwi l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest kif kien obbligat li jagħmel.

Ekonomija

Sport