Friday, November 22, 2024

Jonqos id-dejn tal-pajjiżi taż-żona Ewro u fl-UE

Aqra wkoll

Fl-aħħar tat-tielet kwart tal-2023, il-proporzjon tad-dejn mal-Prodott Gross Domestiku (PGD) fiż-żona tal-euro (EA20) kien ta’ 89.9 %, meta mqabbel ma’ 90.3 % fl-aħħar tat-tieni kwart tal-2023. Fl-Unjoni Ewropea, il-proporzjon naqas ukoll minn 83.0% għal 82.6%. 

Fl-istess perijodu tal-2023, it-titoli tad-dejn kienu jammontaw għal 83.6% taż-żona tal-euro u għal 83.1% tad-dejn tal-gvern ġenerali tal-UE. Is-self kien jammonta għal 13.6% u 14.1% rispettivament u l-munita u d-depożiti kienu jirrappreżentaw 2.8% kemm tad-dejn tal-gvern taż-żona tal-euro kif ukoll tal-UE.

L-ogħla rati ta’ dejn kumparat mal-PDG fl-aħħar tat-tielet kwart tal-2023 ġew irreġistrati fil-Greċja (165.5%), l-Italja (140.6%), Franza (111.9%), Spanja (109.8%), il-Belġju (108.0%) u l-Portugall (107.5%). 

L-inqas rati ta’ dejn nazzjonali naqas fl-Estonja (18.2%), il-Bulgarija (21.0%), il-Lussemburgu (25.7%), l-Isvezja (29.7%) u d-Danimarka (30.1%). F’Malta, id-dejn nazzjonali baqa’ sew taħt is-60%.

Disa’ Stati Membri rreġistraw żieda fil-proporzjon tad-dejn tagħhom fi tmiem it-tielet kwart tal-2023 u tmintax wrew tnaqqis. L-akbar żidiet ġew osservati fil-Belġju (+2.1 punti perċentwali), il-Latvja (+1.9 pp), is-Slovenja (+1.0 pp) u r-Rumanija (+0.8 pp), filwaqt li l-akbar tnaqqis kien irreġistrat f’Ċpru (- 5.6 pp), il-Lussemburgu (-2.6 pp), il-Portugall (-2.5 pp), il-Kroazja (-2.2 pp), l-Italja (-1.8 pp), il-Greċja (-1.6 pp), Spanja (-1.4 pp), l-Olanda u s-Slovakkja (it-tnejn -1.0 pp).

Sport