Wednesday, October 28, 2026
Home Internazzjonali Joqtlu lil binthom wara ħafna abbuż fiżiku u sesswali…

Joqtlu lil binthom wara ħafna abbuż fiżiku u sesswali…

0
48

F’Qorti fir-Renju Unit beda l-ġuri dwar qtil ta’ tifla fejn il-ġenituri tagħha huma akkużati b’dan il-qtil.

Dan il-qtil seħħ fis-7 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet u l-proċeduri tal-ġuri fil-Qorti ta’ Warwick Crown bdew nhar it-Tlieta.

Fil-qorti l-Prosekuzzjoni qalet li t-tifla ta’ 13-il xahar sofriet abbuż fiżiku u sesswali minn idejn il-ġenituri tagħha, qabel ma sofriet ġrieħi fatali kkawżati minn ommha.

Isabella Stasiak – li kienet deskritta minn ommha bħala “tifla mhux mixtieqa” u li wara t-twelid tagħha f’Diċembru tal-2023 ittieħdet taħt il-kura tal-awtoritajiet – ingħatat lura lill-ġenituri tagħha, Michal Stasiak u Kinga Wydrzynska. Dan seħħ disa’ xhur qabel ma hija sofriet ġrieħi gravi f’rasha, li wasslu għall-mewt.

Il-koppja Pollakka, iżda residenti fir-Renju Unit – Wydrzynska, ta’ 26 sena, minn Johnson Avenue f’Rugby, u Stasiak, ta’ 28 sena, minn Blackwood Avenue f’Rugby – qed jiċħdu l-akkużi li kkawżaw jew ippermettew il-mewt tat-tifla fost akkużi oħrajn.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-ġrieħi li kellha t-tifla mhux kollha ġew ikkawżati fl-istess jum li nqatlet. Jirriżulta li kienet ilha tiġi msawta u abbużata sesswalment għal numru ta’ ġimgħat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here