Friday, May 3, 2024

José Mourinho jitlef lill-assistent tigħu Joao Sacramento

Aqra wkoll

L-eks coach ta’ Porto, Chelsea, Manchester United u Real Madrid, José Mourinho, tilef lill-id il-leminija tiegħu, Joao Sacramento f’Roma, skond rapporti li qed jiġu ċċirkolati.

Roma se jiffaċċjaw lil Milan fi żmien erbat ijiem biss, iżda Sacramento ħabbar li ddeċieda li jħalli lill-club Taljan. Il-Portugiż ta’ 32 sena ilu sentejn ma’ Mourinho – ma’ Tottenham u Roma.

“L-2021 spiċċat bil-qofol ta’ ċiklu ta’ sentejn ma’ José Mourinho,” Sacramento kiteb fuq Instagram. “Li naħdem miegħek kienet ħolma. Jien kburi ħafna biha u se nkun grat għal dejjem. Nawguralkom l-aħjar fortuna.”

Sacramento, li huwa stmat ħafna fiċ-ċrieki tal-coaching, f’Ruma kellu kuntratt li kien se jdum sal-2024, iżda huwa ddeċieda li jiksru biex ikompli karriera fil-coaching waħdu. Hemm interess fis-servizzi tiegħu kemm minn Franza kif ukoll mill-Portugall.

Fl-assenza ta’ Sacramento huwa Salvatori Foti li daħal minfloku. Roma jinsabu fis-sitt post tas-Serie A, sitt punti taħt Atalanta li jinsabu fir-raba’ post u 14-il punt wara l-leaders tal-kampjonat, Inter.

Mourinho qed jissielet biex juri li għadu kapaċi jaq­tagħha fost l-elite tal-elite.

Mindu ħalla Stadio Santiago Bernabeu madwar 10 snin ilu, il-karriera ta’ Mourinho iktar kellha nżul milli glorja.

Sport