Josep Martinez se jkun il-goalkeeper il-ġdid ta’ Inter hekk kif hemm ftehim verbali bejn i Nerazzurri u Genoa sabiex minn Lulju li ġej ikun ir-riserva ta’ Yann Sommer.
Bħalissa ż-żewġ partijiet qed jiddiskutu d-dettalji finanzjarji u kollox għadu fi stadju bikri.
Martinez hu goalkeeper Spanjol ta’ 26 sena li wara karriera ma’ Las Palmas u RB Leipzig, hu lagħab ma’ Genoa fl-aħħar żewġ staġuni. Hu deher 66 darba f’sentejn.