Sunday, December 22, 2024

Joseph Muscat għada jagħlaq 50 sena

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru u eks Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, għada jagħlaq l-età ta’ 50 sena.

Joseph Muscat inħatar Mexxej tal-Partit Laburista fl-2008 wara telfa elettorali oħra għall-Partit Laburista u minn hemm imbarka fuq sensiela ta’ bidliet li waslu biex taħt it-tmexxija tiegħu l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali fl-2013 u l-2017.

Dan wassal biex mill-gvern il-Partit Laburista wettaq bidliet soċjali u ekonomiċi kbar u importanti bil-pajjiż jagħmel qabżiet ‘il quddiem f’diversi oqsma.

Kien f’Diċembru tal-2019 li Joseph Muscat irriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista.

Joseph Muscat huwa attiv fil-Partit Laburista sa minn żgħożitu fejn serva fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, fil-Parlament Ewropew u f’diversi rwoli oħra.

Muscat, imwieled fi 22 ta’ Jannar 1974, huwa missier ta’ żewġ ulied u miżżewweġ lil Michelle.

Ekonomija

Sport