Thursday, October 10, 2024

Joseph Muscat jippubblika l-ittra ta’ riżenja minn Prim Ministru biex jevita spekulazzjoni inutli

Aqra wkoll

Fil-ħin li għadda l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat ippubblika l-ittra ta’ riżenja minn Prim Ministru mibgħuta minnu lill-President tar-Repubblika f’Jannar li għadda.

Muscat qal li huwa ppubblika din l-ittra biex “jiġu evitati spekulazzjonijiet inutli” wara li l-President George Vella kien irrifjuta li jippubblika l-korrispendenza.

Fl-ittra, mibgħuta fit-13 ta’ Jannar li għadda, huwa informa lill-President li l-Ispeaker u l-Kabinett kienu mgħarrfin bid-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja minn Prim Ministru.

Muscat kien ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jirriżenja minn Prim Ministru f’filmat imxandar fl-1 ta’ Diċembru. Dan wara żviluppi b’rabta mal-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Sport