Saturday, December 21, 2024

Joseph Muscat Jitkellem Dwar l-Elezzjonijiet Ewropej

Aqra wkoll

Kif se jinqasmu is-siġġijiet fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew? Kemm se jtella’ l-Partit Laburista u kemm se jtella’ l-Partit Nazzjonalista? Sa ftit tal-ġimgħat ilu, kienet titqies li jekk l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jitfa’ l-kandidatura tiegħu, il-Partit Laburista kien aktarx jissiġġilla ir-raba’ siġġu. Dan iżda ma seħħx.  Il-fatt li l-eks Prim Ministru mhux se jikkontesta tfisser li l-Partit Laburista tilef ir-raba’ siġġu?  IT-TORĊA staqsiet dan f’intervista li saret ma’ l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Fi kliemu stess il-kwistjoni tas-siġġijet iqisha bħala l-inqas konsiderazzjonijiet fil-mument. Fi kliemu stess l-importanti hu li l-li wieħed jaħdem bla heda biex elezzjoni tintrebaħ.

Fl-intervista l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li  mistoqsija li jrid iwieġeb il-pajjiż, il-gvern u l-poplu hi waħda ċara ħafna. Din hi dik jekk hux lesti ngħinu biex jiġu ħaddiem barranin għal investimenti ġodda li jiġu attirati lejn pajjiżna.  Fi kliemu stess, x’se ġġibu jagħmel l- investiment u x’se tagħmel bih jekk m’hemmx ħaddiema biex jaħdmu fih. Il-mistoqsija li rridu nwieġbu hi fejn irridu inmorru.”

Fl-intervista l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li  mistoqsija li frid iwieġeb il-pajjiż, il-gvern u l-poplu hi waħda ċara ħafna. Din hi dik jekk hux lesti ngħinu biex jiġu ħaddiem barranin għal investimenti ġodda li jiġu attirati lejn pajjiżna.  Fi kliemu stess, x’se ġġibu jagħmel l-investiment u x’se tagħmel bih jekk m’hemmx ħaddiema biex jaħdmu fih. Il-mistoqsija li rridu nwieġbu hi fejn irridu inmorru. 

Mistoqsi dwar l-apatija fost il-Laburisti, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jagħti diversi raġunijiet. Jisħaq fuq il-kuntatt man-nies. Jenfasizza li “min imur iħabbat bieb bieb issa naħseb l-aħjar frażi hu żejt fil-bażwa. Ta’ issa ma jgħodd xejn. Jien irrid nara dak il-kandidat li jekk hemm elezzjoni f’Ġunju, u f’Settembru xorta jkun iħabbat il-bibien. Dak hu l-kandidat li veru ngħid li għandu l-fil tas-sitwazzjoni.”

Nistaqsuh kif “ftit tal-ġimgħat inħoloq ċertu agħa għax beda jissemma’ li se jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dan ma seħħx u nħoloq ċertu diżappunt. Bik bħala kandidat aktarx li l-Partit Laburista kien itella ir-raba’ siġġu. X’tikkummenta?”

L-eks Prim Ministru jiddikjaraw li “l-ewwelnett xorta wieħed irid jaħdem biex ir-riżultat jinkiseb. Jiġifieri  ma naħsibx li hi  kwistjoni ta’ Joseph Muscat jew mhux Joseph Muscat. Fid-dinja dejjem wieħed irid iħares ‘lquddiem, Waqt li nifhem l-antiċipazzjoni li nħolqot ta’ min irid il-ġid lill-Partit Laburista u anke l-ġid tiegħi personali, ħbieb intimi tiegħi, id-deċiżjoni ħadtha fuq numru ta’ affarijiet. L-ewwel nett li  l-Partit Laburista irid iħares ‘lquddiem. Irid iħares ‘lquddiem mhux billi jkollu xi ħadd li qiegħed  jsalvawh għax m’għandux bżonn salvazzjoni għax għandu tim ta’ kandidati b’saħħtu.  Għandu wieħed iħares ‘lquddiem aktar milli jħares lura. Jien f’dan il-mument il-passat tal-Partit Laburista u mhux il-futur. Hemm konsiderazzjonijiet personali mhux żgħar li jimpattaw fuq dan kollu. Il-familja tiegħi, is-saħħa ta’ missieri li bħalissa hi prijorità qawiwija għalija u l-familja tiegħi. Mhix qagħda ta’ saħħa tajba.”

Ikompli jgħid li “t-tielet nett nemmen li bil-kandidatura tiegħi, l-issue kienet issir Joseph Muscat u ma naħsibx li l-issue m’għandha tkun persuna imma l-aġenda li jkollu quddiemu l-pajjiż. Tkellimt ma’ min kelli nitkellem, tkellimt mal-Prim Ministru diversi drabi u d-deċiżjoni kienet din.”

Taħseb li l-Partit Laburista għad għandu ċans għar-raba‘ siġġu mingħajrek?

Ħa ngħidlek, l-elezzjonijiet, il-Partit Labuirsta minkejja li ilu fil-gvern 11-il sena jibqa’ l-underdog għax hemm istituzzjonijiet li jaħdmu kontrieh u jippruvaw ituh gambetti kull ħin u kull mument. U allura meta tqis dan kollu u dan hu l-għeneb qares ta’ ċertu nies li ma jistgħux jirbħu elettoralment u allura jippruvaw jagħtu gambetti permezz ta’ ’istituzzjonijiet li għad għandhom subgħajhom imdeffsin fihom u jmexxuhom kważi bl-ispag. U allura f’elezzjoni l-ewwel li ma trid tagħmel tipprova tirbaħ u xejn ma jista’ jittieħed qisu xejn mhu xejn. U wara li tipprova tirbaħha, tara li tirbaħha sewwa b’maġġoranza ċara u tonda. Dak għandu jkun it-tieni għan. Il-kwistjoni ta’ siġġijiet hi skont kemm joħorġu nies jivvutaw. Din hi l-inqas konsiderazzjoni fil-fehma tiegħi f’dan il-mument.”

Qed nifhem sew li kont inti li iddeċidejt li ma tikkonstestax, għax hawn min qed jgħid li twaqqaft mill-Partit Laburista jew twaqqaft minn xi ħadd?

Hi deċiżjoni li ttieħdet b’mod konċertat. Ma kintix deċiżjoni li ttieħdet ta’ malajr. Ittieħdet wara diskussjonijiet li kien hemm. Jien l-ewwel wieħed irrid nara l-ġid tal-Partit Laburista u ma rrid nagħmel xejn li b’xi mod jidher li qed ifixkel.  Il-ġrajjiet ta’ dawn l-aħħar jiem ikomplu juru kif il-Partit Laburista irid ikun magħqud, minkejja l-gambetti li jkun hemm min jipprova jagħmillu u dawn huma ċari u aktar ma jgħaddi żmien aktar isiru maħmuġin. Il-Partit Laburista irid jibqa’ iffukat mhux iħares lejn elezzjoni bħala okmpetizzjoni, dan mhux league tal-futbol jew xi konkors tas-sbuħija,  imma din hi min se jkun qiegħed fl-aħjar qagħda biex jirrappreżenta l-pajjiż f’dan il-każ fil-Parlament Ewropew jew fil-kunsill lokali. 

Nistaqsuh kif tinħass l-apatija fost Laburisti. Nistaqsuha ‘inti konxju tagħha?”

“Mela m’inix u naħseb li trid tkun maqtugħ mir-realtà biex ma tħossx. Jien ma ngħidx apatija fost il-Laburisti jew Laburisti ‘hard core’. Hemm ċertu nies li bħalissa huma maqtugħin mill-politika. Dan għal diversi raġunijiet. Ma nistax nipponta subgħajha lejn xi ħaga waħda. Inħares lejn id-dar tiegħi li hu l-Partit Laburista. Il-punt prinċipali hu li rridu nagħfsu ħafna iktar mill-ġdid fuq il-kuntatt personali. Dan mhux kemm se ttella’ ritratti fuq Facebook jew instagram jew dawn l-affarijiet jew tidher titgħannaq. Kuntatt personali hu li tmur tħabbat il-bieb tan-nies mhux ġimagħtejn qabel l-elezzjoni imma tibqa’ f’kuntatt matul is-snin –  in-nies ikunu jafu fejn isibuk.  In-nies issir diżilluża għax tmur għand min tmur jgħidulha għandek  raġun – għadnek raġun imma  ma nista’ nagħmillek xejn. Ħafna drabi l-kuraġġ irid ikun li lil dik il-persuna tgħidilha m’għandekx raġun. Darba ġie wieħed u qalli ġejt għandek l-aħħar wieħed u jien għedtlu mela tal-qiegħ jien. Spjegali l-każ u għedtlu ma naħsibx li għandek raġun. Qalli inti biss ma tajtnix  raġun. Qalli għand kull min mort qalli li għandi raġun. Għedtlu għaliex mela  ma qdewkx. Ħareġ naqra infantas. Iltqajt miegħu xi żmien wara, u qalli xorta ma naqbilx miegħek għax nemmen li għandi raġun, imma għallinqas fhemtni għaliex m’iniex ninqeda”, qalilna l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Itenni li “nemmen li aktar ma jkun hemm din it-tip ta’ komunikattiva, aktar ma nies titkellem magħhom, għax ħafna nies m’għandhom bżonn xejn. Jien l-esperjenza li għandi ta’ meta inmur inħabbat bieb bieb, illum ma nmurx inħabbat bibien  imma indur ħafna familji. Ikun hemm familji li jixtiequ li nżurhom u dawn ħafna drabi jkunu jridu jaqsmu l-esperjenza tagħhom. Huma ammont żgħir dawk it-tip li jiġu jħabbtu għal xi pjaċir. Ħafna nies la ġejjin iħabbtulek u lanqas se jitolbu xejn. Imma qegħdin hemm u jippretendu li l-politiku jżomm kuntatt tagħhom. Mhux issa, min imur iħabbat bieb bieb issa naħseb l-aħjar frażi hu żejt fil-bażwa. Ta’ issa ma jgħodd xejn. Jien irrid nara dak il-kandidat li jekk hemm elezzjoni f’Ġunju, u f’Settembru xorta jkun iħabbat il-bibien. Dak hu l-kandidat li veru ngħid li għandu l-fil tas-sitwazzjoni.”

Jiġifieri l-Partit Laburista  naqqas il-kuntatt?

Ħa ngħidlek meta tkun fil-gvern il-fokus tiegħek isir li inti tmexxi u hekk għandu jkun.  Hu faċli li inti tingħalaq f’sitwazzjoni u tgħid li jien għandi ħafna xogħol importanti x’nagħmel. Qed nara kif titmexxa l-ekonomija, kif din il-kumpanija minn telf se tiġi tagħmel il-qligħ, inbiddel din il-liġi u tibda tgħid u iwa inkellimhom in-nies u tispiċċa ma tkellimhom qatt. Jien meta kont Prim Ministru bqajt kull ġimagħtejn kont inżur in-nies u ċert li l-Prim Ministru  jagħmilha. Jien kont inmur f’xi triq partikolari. Kienu jeħduha sorpriża jew jaħsbuha ċajta in-nies meta jirċievu l-karta.  Imma għalija  trid tkun mhux xi ħaġa elettorali imma trid tkun parti mis-sistema. Ma tistax tagħmilha persuna waħda. Ma jistax jagħmiha l-Prim Ministru waħdu. Irid jagħmilha kulħadd. 

Kif tħares lejn il-kandidatura li għandu l-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew. Għandek kandidat favorit?

L-ewwelnett hi kandidatura ferm aħjar minn tal-Partit Nazzjonalista u dan ngħidu b’mod fattwali. Xorta l-Partit Nazzjonalista u partiti oħra għandhom kandidatura u tajba. Il-Partit Laburista għandu firxa ferm aħjar. Min hu l-kandidat fabvurit tiegħi ma naħsibx li nkun gust ma ħadd li ngħid. Tkellimt tajt l-opinjoni fuq numru ta’ kandidati u n-nies jafu x’naħseb u ma naħsibx.

Meta tqabbel din il-kandidatura ma’ l-kandidatura meta kont inti l-Prim Ministru. X’taħseb”?

Huma żminijiet differenti b’tonalitjiet differenti. Meta kien hemm Alfred Sant fl-ewwel elezzjoni kien hemm Louis Grech, John  Attard Montaldo, Wenzu Mintoff, jien, Owen Bonniċi, Joe Debono Grech u Glenn Bedingfield fost oħrajn. Konna grupp b’saħħtu ħafna. Kien hemm nies oħra. Fl-elezzjonijiet ta’ wara kien hemm gruppi ukoll b’saħħithom bħal  Alfred Sant u Miriam Dalli. Illum hi cara li hemm 3 jew 4 kandidati li huma b’saħħithom ħafna fi ħdan il-Partit Laburista. Iġġibnix li ngħid l-ismijiet għax ma naħsibx li hu ġust fuq ħadd, fuq dawn in-nies li qed jaħdmu ħafna. Ma naqbilx ma min jgħid li mhix kandidatura tajba.”

Permezz ta’ studji li għamilt inti tkellimt diversi drabi dwar l-inflazzjoni. Taħseb li realment il-gvern qiegħed jirnexxielu jikkontrolla l-inflazzjoni?

Joseph Muscat jgħidilna li “għamel biċċa xogħol eċċellenti u ma kontx naħseb li se tirnexxi daqshekk. Jiġifieri li kiku l-proposta bħal dik ġiet quddiemi kont inkun xettiku ħafna. Li inti tidħol b’intervent tant ċar fis-suq. Naħseb issa il-logħba, jew it-test ikun meta dan l-intervent jispiċċa. Meta l-programm Stabbilità  ma jibqax hemm x’se jiġri?.  Se nmorru għall-prezzijiet kif kienu? X’mekkaniżmu se jsir biex isegwi l-prezzijiet? S’sitwazzjoni se jkun hemm biex ħwienet żgħar ikunu jistgħu ilaħħqu? Waħda mill-issues hi li supermarkets kbar u importturi ikunu jistgħu iżommu jew jieħdu ċertu daqqa fuq il-prezzijiet . Ħwienet żgħar li ma jkollhomx dik is-saħħa ta’ xiri jistgħu jispiċċaw imwarrba mis-suq. Dan hu t-tħassib tiegħi. Naħseb il-gvern qed jara kif ma jbatux il-ħwienet iż-żgħar u dan għax dawn huma parti minn eko  sistema li ġġib Stabbilità fil-prezzijiet.  Jiġifieri l-issue issa se tkun kif se tkun immaniġġjata meta  ma tibqgħax is-sistema. Il-prezzijiet kif se jigu segwiti? Se jibqgħu kif inhuma? Se jitilgħu ‘lfuq?  Il-fatt li jibqgħu kif inhuma se jkun jfisser li qabel kien hemm abbuż?. Li instabu metodi aktar effiċjenti kif jiġu trasferiti l-prezzijiet? Naħseb ukoll li s-suq qed adatta ruħu għal sitwazzjoni li qatt ma konna rajna qabel. Għandek il-gwerra tal-prezzijiet tas-supermarkets –  li qed jiġġieldu ma’ xulxin min għandu l-irħas prodotti. Din hi xi ħaġa ta’ benefiċċju għall-konsumatur.”

Mistoqsi dwar x’jaħseb mill-istat ekonomiku ta’ pajjiżna, u kemm nistgħu  nibqgħu sostenibbli jekk se nibqgħu nagħtu l-għajnuniet li qed ningħataw.

Joseph Muscat iwieġeb billi jgħid li “ifhimni inti trid tara x’nifilħu u ma nifilħux.  U fil-verità jekk l-ekonomija tibqa’ taħleb m’hemm xejn ħażin li tkompli tqassam. Il-kwistjoni tiġi jekk m’għandekx x’taħleb u m’hemmx xi tqassam. Sa llum is-sistema ekonomika għadha għaddejja. Nemmen li hu kruċjali u tibqa’ kruċjalissima hi li ma jiċċaqalqux il-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl. Il-kontijiet tad-dawl anke psikoloġikament f’moħħ il-Maltin hu tal-biża kemm jaffettwaħhom. Jaffettwahom aktar psikoloġikament milli fil-verità tkun id-daqqa fil-but. Li nista’ nikkritika lill-gvern hu li n-nies diġa insewh dan kollu. Jiġifieri in-nies meta jirċievu l-kont ma jirrealizzawx kemm il-gvern qed jgħin. Hemm miljuni kbar, li qegħdin hemmhekk kemm minħabba l-modernizazzjoni tal-enerġija u issa f’dan l-aħħar xhur f’sussidju dirett. Meta jasallek il-kont id-dar ma tafx kemm qed jgħinek. Naħseb li l-gvern qed jiżbalja li ma jibgħatx karta lin-nies u jgħidilhom li inti qed tirċievi kont ta’ €150 jew €200 imma fil-verità hemm €100 oħra li qed inħallaslek f’sussidju. In-nies lanqas jirrealizzaw kemm qed tiġi sostnuta l-ekonomija u l-livell tal-għixien tal-familji permezz tas-sussidji.”

Imma hemm pressjoni mill-Kummmissjoni Ewropea biex dawn is-sussidji jispiċċaw. Allura din għandna nkomplu nirreżistuha?

Iwieġeb li “lanqas għandi dubju.  Jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea tgħid ħafna affarijiet hemm minnhom li hi korretta li tgħidhhom u hemm oħrajn li ma nistgħux naqblu magħhom. Mhux imbilli tgħidha l-Ewropa rridu ngħidu ‘signor si’ hux. Din hi battalja kbira li m’għandna inċedu qatt. Fl-ebda ħin u fl-ebda mument. L-Ewropa, hi kastell mibni fuq ir-ramel fuq dawn l-affarijiet. Jgħidulek tagħmilx hekk u tissuddjax il-familja. Dawn huma l-istess postijiet li jissussidjaw il-fabbriki li jimmanifattruaw l-armi. Nippreferi nissusidja familja Maltija u Għawdxija fuq kontijiet tad-dawl milli nissussidjaw l-manifattura tal-bombi u tal-azzarini. Għalija hu faċli ħafna biex nikkumbattuha b’argument.”

Nistaqsuh jekk jaħsibx li l-pajjiż hux qed jattira biżżejjed investiment biex nilqgħu għall-isfidi ta’ llum.

Joseph Muscat iwieġeb li “ħa ngħidlek huma żewġ sfidi differenti. Kieku jien investitur barrani lill-gvern Malti insaqsieh mistoqsija kruċjali. Jekk niġi ninvesti Malta se nsib nies biex jaħdmu. U jekk għandi bżonn inħaddem 200 persuna, inti se tgħinni biex jiġu attirati barranin biex inħaddimhom Malta. Iva jew le. Din hi mistoqsija li jrid iwieġeb il-gvern. Din hi mistoqsija li  jrid iwieġeb il-pajjiż. Din hi mistoqsija li irridu nwieġbu aħna.  Għax fil-verità jekk ngħidu kulħadd għandu xogħol, ma rridux aktar barranin għax qed idejquna – mhux hekk il-moda issa li qed ngħidu l-barranin qegħdin idejquna. X’se ġġibu jagħmel l-investiment? X’se tagħmel bih? Twassal biss għal inflazzjoni fil-pagi.  Jibda jkun hemm ġlieda u jogħlew l-pagi. Tgħidli mhux tajjeb jogħlew l-pagi. Iva għal perjodu qasir ta’ żmien  imma fuq bażi ta’ tul ta’ żmien iġibbek mhux kompetittiv. Il-mument li jibdew jogħlew ċertu spejjeż, il-manifatturi jibdew jitilqu mill-pajjiż. Il-mistoqsijiet li rridu nwieġbu u li bħala pajjiż mhux inweġbuha b’mod ċar hi fejn irridu nmorru. Li naħsbu li nistgħu nagħmlu ‘pawsa’ u ngħidu nibqgħu fejn aħna u ma nagħmlu xejn aktar  mhix vijabbli. M’aħniex inkunu kuraġġużi biżżejjed u ngħidu li għandna bżonn inkomplu nkabbru l-ekonomija. Biex inkabbru l-ekonomija hemm  bżonn niffaċċjaw ċertu sfidi socjali aktar minn ekonomiċi.” 

Staqsenieh jekk għandux xi niċeċ partikolari f’moħħu dwar fejn irridu nħarsu.

Jisħaq li “minn dejjem is-saħħa u l-edukazzjoni huma tnejn li jistgħu jsiru. Meta ġibna investiment bħal AUM, l-Oppożizzjoni  b’akkaniment kbir biex tipprova tkissirhom u ġġibhom li ma jistgħux jattiraw studenti. Meta ġibna l-Steward  nafu x’ġara u ma ġarax u kien hemm interessi li jmorru lil hinn mill-politika li ma kellhom l-ebda interess li jinbidel il-qasam tas-saħħa u li jitkisser dan kollu u minkejja li hemm stejjer ta’ suċċess bħall- iskola medika ta’ Barts f’Għawdex li llum ħadd ma jsemmiha. Kull sena studenti barranin, jiġu jitgħallmu f’Għawdex, jiġu l-familji tagħhom u jiggradwaw. Dawn stejjer ta’ suċċess  u dawn huma setturi fejn hemm lok ta’ tkabbir li huma ambjentalment u  ekonomikament sostenibbli.”

Nistaqsuh x’rating jagħti lill-gvern minn wieħed sa ħamsa, bin-numru wieħed ikunu l-għola għall-ħidma tiegħu.

Jisħaq li “ħadd ma jista’ jimmaġina li m’hemmx titjib. Intih in-numru tnejn. Hemm dejjem x’ittejjeb. Meta nħarsu lejn pajjiżi oħra jixtiequ li qegħdin f’pożizzjoni bħal Malta. Malta fi żmien il-Covid qagħad id-dar kulħadd baqa’ jirċievu l-paga u s-sussidji u dan seta’ jsir għax kellna l-ġid li kien imrekken hux għax kieku konna nispiċċaw nieklu id-dufrejn

Mistoqsija dwar li l-Prim Ministru wissa biex il-ġustizzja ma tkunx terroriżmu politiku. Staqsejnieh jekk jaħsibx li tali dikjarazzjonijiet mhuma xejn għajr pressjoni fuq il-ġudikatura.

Jgħidilna li “jien naħseb li l-Prim Ministru qed jitkellem fuq fatti. Fuq fatti ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu minn membri tal-ġudiaktura li huma mmirati politikament b’timing politiku ċar ħafna biex iweġgħu lill-Partit Laburista u inti ma jista’ jkollok fiduċja qatt fihom, jien l-ewwel wieħed.  L-ewwel nies li jkunu jafu x’se jiġri u ma jiġrix ikunu nies qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista. Itellgħu affarijiet fuq Facebook jgħidu issa tara x’ġej u qishom ir-rapport tat-temp sħab u maltemp u kummiedji u  jaraw vann sejjer hemm. Għall-ewwel teħodhom biċ-ċajt u mbagħad tinduna li veru ikunu dawn. Fl-aħħar mill-aħħar is-sewwa jirbaħ. M’għandniex għalfejn niddejqu. Il-Prim Ministru kien ċar u sewwa għamel kien ċar”, temm jgħid Jospeh Muscat. 

Ekonomija

Sport