Wednesday, December 25, 2024

Josianne Cutajar mhux se tikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-PL

Aqra wkoll

L-eks Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar, li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet qiegħda tisemma li tista’ tikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, ħabbret li mhux se tkun qiegħda titfa n-nomina tagħha.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Cutajar qalet li ”wara li qist iċ-ċirkostanzi kollha fit-tul, kif ukoll id-deċiżjonijiet li ttieħdu b’rabta ma’ dan il-proċess, nagħżel li l-impenn tiegħi favur dak li nemmen fih inkomplieh mod ieħor.”

Hi tkompli tgħid li bħala tal-Partit Laburista, “nappella lil dawk li se jkunu eletti fl-elezzjonijiet interni biex flimkien mat-tmexxija:

  • ixammru l-kmiem għall-ħidma li żżomm fiċ-ċentru tagħha ż-żgħir u l-għeruq soċjalisti, il-bżonnijiet attwali fi ħdan il-Partit, flimkien mal-messaġġ tal-elettorat;
  • jassiguraw spazju kontinwu għal dibattitu ħaj u kostruttiv fi ħdan l-istrutturi differenti tal-Partit, lil hinn minn ‘rubber-stamping’;
  • jagħtu spazju għal dawk kollha ta’ rieda tajba, li jħaddnu l-prinċipji tal-Partit Laburista; hemm ħafna persuni ġenwini li jixtiequ jikkontribwixxu u għandhom jiġu involuti;
  • jimpenjaw ruħhom favur l-inklużjoni ta’ persuni minn etajiet, ġeneri, u sfondi differenti; b’mod reali u mhux b’’tokenism’;
  • jaħdmu fuq il-progress u t-tiġdid ta’ kif issir il-politika u jitwassal il-messaġġ politiku, b’mod li jindirizza r-realtajiet kurrenti ta’ Partit fil-Gvern u jappella għal faxex diversi fis-soċjeta’ tagħna.”
Ekonomija

Sport