Tuesday, April 30, 2024

Juan Cuadrado jweġġa’ mal-Kolombja

Aqra wkoll

Il-winger internazzjonali Kolombjan Juan Cuadrado kellu joħroġ mill-grawnd waqt Il-loghba li pajjiżu lagħab kontra l-Venezwela u li rebaħ bl-iskor ta’ 1-0. 

Cuadrado ħass uġigħ f’saqajh il-leminija u wara li t-tobba Kolombjani rawh, mal-ewwel indunaw li għandu bżonn ftit jiem ta’ mistrieħ. Sadanittant Il-plejer ta’ 35 sena se jmur lura l-Italja u jkompli r-riabilitazzjoni tiegħu f’Milan. 

Sadanittant, il-kowċ ta’ Inter Simone Inzaghi jrid aktar informazzjoni dwar il kundizzjonijiet ta’ Cuadrado aktar u aktar għax fi tmiem il-ġimgħa li ġej huma jilagħbu kontra Milan fid-Derby. 

Sport