Minn Cristian Muscat
Aħbar ta’ unur għal pajjiżna meta Katryna Esposito rebħet id-deheb fil-Judo Commonwealth Games 2024 li saru proprju f’Malta.
Intant, dan is-sit tkellem b’mod esklussiv ma’ Katryna nnifisha ftit wara li rebħet dan l-unur fejn qaltilna li :
“Dan l-unur ifisser ħafna għalija speċjalment peressli kienet l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta fil-Commonwealth Judo Championships u għax dan l-avveniment seħħ proprju f’Malta. M’hemm l-ebda sensazzjoni akbar milli tara l-bandiera tiegħek imtella’ għolja u tisma’ l-innu nazzjonali Malti jindaqq.”
“L-avveniment kien parti mill-preparazzjoni tiegħi għall-avvenimenti ta’ kwalifikazzjoni tal-Olimpjadi li ġejjin u jservi ta’ titjib fil-preparazzjoni tiegħi għall-bqija ta’ din is-sena. Aktar u aktar wara li kelli nkun wieqfa mit-taħriġ għal ħames xhur peressli kelli niġi operata wara li weġġajt waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.”