Wednesday, July 24, 2024

MAFA: Valletta St Paul’s jirritornaw għar-rebħ bil-kbir

Aqra wkoll

Valletta St Paul’s irritornaw għar-rebħ bil-kbir meta għelbu lil San Ġiljan Saints 7-2 sabiex jinsabu jaqsmu l-ewwel post flimkien ma’ Swieqi Braves. Ironikament dawn iż-żewġ timijiet jiltaqgħu kontra xulxin nhar is-Sibt li ġej f’dik li qed tiġi meqjusa decider għar-rebħ tal-kampjonat.

Minkejja kollox, it-tiġrija għat-titlu tikkonsisti fi tliet timijiet hekk kif Marsa St Michael jinsabu punt taħt Valletta u Swieqi.

Il-Beltin kienu fi klassi għalihom fejn wara li sal-ewwel taqsima l-iskor kien 2-0, fit-tieni taqsima kienu aggressivi tant li skorjaw ħames gowls oħra għall-ikbar rebħa tagħhom ta’ dan l-istaġun.

Elton Da Silva skorja hat-trick sabiex issa jinsab waħdu fil-quċċata tal-aqwa skorers filwaqt li Justin Grioli, Michele Sansone, Valdo Alinho u Samuel Dickson niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Nial Dorman u Kenneth Johansson naqqsu l-marġni tal-iskor għall-Ġiljaniżi.

Referee kien Lorry Sammut.

San Ġwann Pro Evolution Academy ikkundannaw lil Valletta Stars St Dominic għat-tieni diviżjoni wara li rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 8-0.

L-istudenti Franċiżi kienu dominanti tul il-logħba bil-Beltin li sabuha diffiċli jlaħħqu mar-ritmu tal-avversarji.

Bellon D’Alexandre skorja tliet gowls, Georges Agbohoun kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li penalty ta’ Yohann Davidas, Matheo Meyer u Aira Auoub għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Referee kien Reno Galea.

Fit-tieni diviżjoni, Mqabba Albions u Attard Edex Kings naqqsu milli japprofittaw mit-telfa ta’ Ta’ Ġiorni Wanderers meta fid-dwell għall-promozzjoni spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Kienet logħba li ftit entużjażmat lil dawk preżenti biż-żewġ naħat li wettqu diversi żbalji bir-riżultat ta’ draw kien l-iktar wieħed ġust.

Calvin Agius kien poġġa lill-Albions minn fuq fl-20 minuta sabiex Audu Clement Oshoke ġab l-iskor indaqs erba’ minuti wara.

Referee kien Jean Pierre Mifsud.

Ta’ Ġiorni Wanderers ġew sorpriżi minn Buġibba Club de SWAT hekk kif tilfu 5-3 f’logħba mimlija gowls.

Buġibba, li qed jiġġieldu biex ma jiġux relegati, kellhom lill-attakkant Muh Afzal Pullikkoth awtur ta’ erba’ gowls b’Shibin Maliyekkal li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Samuel Barthet skorja doppjetta għal Ta’ Ġiorni Wanderers filwaqt li Edward Micallef Stafrace niżżel ismu fost l-iskorers.

Referee kien Rapjan Xhyra.

Fit-tielet diviżjoni, Ħal Far Titans ħadu walk-over ta’ 2-0 fuq Mosta Vikings sabiex issa uffiċjalment ġew promossi għat-tieni diviżjoni flimkien ma’ Ħamrun Amateurs.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Swieqi Braves, Valletta St Paul’s 22, Marsa St Michael 21, San Ġwann Pro Evolution Academy 19, Balluta Barracudas 16, San Ġiljan Saints 15, Senglea Gunners 11, Valletta Stars 7.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 31, Attard Edex Kings , Mqabba Albions 19, Ta’ Ġiorni Wanderers 17, Gudja Wanderers 14, Żebbuġ Youngsters 12, Buġibba Club de SWAT 10, Birkirkara St Joseph 4,.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Ħamrun Amateurs 21, Ħal Far Titans 19, Kalkara Flames 14, Naxxar Victorians 10, Mosta Vikings 0

Valletta St Paul’s jirritornaw għar-rebħ bil-kbir

Ekonomija

Sport