Wednesday, July 24, 2024

Darts: Floriana viċin it-titlu wara rebħa fil-konfront dirett kontra Żejtun Laċċi Gold Lady

Aqra wkoll

Floriana Ajax jinsabu viċin li jżommu t-titlu li rebħu fl-istaġun li għadda wara li għelbu lil Żejtun Laċċi Gold Lady 5-3. Kienet logħba ferm akkanita bejn żewġ timijiet li kienu ferm tajbin matul dan l-istaġun.

Iż-Żwieten bdew tajjeb tant li kienu darbtejn fil-vantaġġ għalkemm il-Furjaniżi kienu dejjem iffukati u wara li ġabu d-draw, marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ sabiex żammew il-konsistenza sal-aħħar.

Sadanittant, Ħamrun Bayern A qabżu fit-tieni post tal-klassifika wara skor ta’ 7-1 kontra Sliema Lounge A filwaqt li Birżebbuġa Lions laħqu lil Żejtun Laċċi b’39 punt wara rebħa oħra kbira ta’ 7-1 kontra PO’s Bar.

Floriana Ajax MCP telgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika li għelbu lil Ħamrun Bayern B 5-3.

Fit-tieni diviżjoni, Birgu Boċċi Club għandhom tmien punti vantaġġ fuq iż-żewġ timijiet tat-tieni post hekk kif għelbu lil Duke’s Bar 6-2. Domus Men naqqsu milli japprofittaw minn dan ir-riżultat hekk kif kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 4-4 kontra Top Gun Marsa.
Cox Bar kienu dominanti fuq Beland Żejtun tant li rebħulhom 7-1 filwaqt li Leah’s Bar A kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Żebbuġ Rangers Darts Team 6-2

Fit-tielet diviżjoni, Leah’s Bar B kisbu rebħa dominanti ta’ 8-0 kontra Tal-Balklor Senglea filwaqt li Nicolo Isoard u Tal-Ġilju Mqabba kellhom rebħiet identiċi ta’ 5-3 kontra Domus Ladies u Żejtun Laċċi B rispettivament.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Ajax Premier Cars A 45, Ħamrun Bayern A 40, Żejtun Laċċi A, Birżebbuġa Lions 39, Sliema Lounge A 16, Floriana Ajax MCP 14, Ħamrun Bayern B 6, PO’s Bar 3.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 50, Duke’s Bar, Domus Men’s 42, Top Gun 23, Cox Bar 22, Beland Żejtun 17, Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar A 4.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’s Bar B 49, Żejtun Laċċi Maypole 48, Birgu Boċċi Club B 39, Mqabba tal-Ġilju 32 , Nicolo Isouard 23, Munchies Bar, Tal-Balklor Senglea 18, Sliema Lounge B 9, Domus Ladies 8.

Floriana viċin it-titlu wara rebħa fil-konfront dirett kontra Żejtun Laċċi Gold Lady

Ekonomija

Sport