L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol, Real Madrid, Seville, West Ham United u Wolves Julen Lopetegui se jkun qed imexxi lil Qatar għas-sentejn li ġej. Dan kollu ġie deċiż mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Qatar.
Lopetegui se jkun qed jieħu post il-kompatrijott Luis Garcia, li ġie appuntat fil-kariga f’Diċembru li għadda qabel is-26 edizzjoni tat-Tazza tal-Golf li saret il-Kuwajt.
Il-logħba li jmiss għall-Qatar hija kontra l-Iran fil-5 ta’ Ġunju, imbagħad jilagħbu kontra l-Użbekistan fl-10 ta’ Ġunju u jidher li se jkun hemm fejn Lopetegui se jiddebutta.