Friday, April 19, 2024

Jules Kounde ħerqan li jħalli lil Sevilla

Aqra wkoll

Jules Kounde jinsab ħerqan li jħalli lil Sevilla matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf, iżda d-difensur ċentrali għadu ma attira l-ebda offerta għas-servizzi tiegħu.

Il-player Franċiż reġa’ kien f’forma impressjonanti għat-team immexxi minn Julen Lopetegui matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 44 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u rreġistra tliet goals u assist wieħed fil-proċess.

Kounde għad fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu f’Estadio Ramon, iżda kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar ġimgħat, b’Chelsea u Barcelona t-tnejn jingħad li huma ħerqana għas-servizzi tiegħu.

Sport