Friday, April 26, 2024

Real Madrid m’għandhom l-ebda intenzjoni li joffru kuntratt ġdid lil Marco Asensio

Aqra wkoll

Real Madrid informaw lill-aġent ta’ Marco Asensio, Jorge Mendes, li f’dan il-mument m’għandhom l-ebda intenzjoni li joffru kuntratt ġdid lill-attakkant.

Il-player ta’ 26 sena kien regolari għal-Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 42 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u rreġistra 12-il goal u żewġ assists fil-proċess.

Madankollu, il-ftehim attwali ta’ Asensio għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu matul l-aħħar ġimgħat.

Sport