Wednesday, April 24, 2024

Qatel tliet pulizija u kelb waqt mandat ta’ arrest f’Kentucky

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tliet uffiċjali tal-pulizija sfaw maqtula b’tiri ta’ arma tan-nar fl-istat Amerikan ta’ Kentucky waqt li kienu qed jeżegwixxu mandat fuq raġel akkużat bi vjolenza domestika. Is-suspettat wara din l-isparatura, li għandu 49 sena, ġie arrestat.

Is-Sheriff John Hunt, qal li l-uffiċjali ffaċċjaw “infern sħiħ” meta waslu fid-dar tar-raġel. F’dan l-inċident weġġgħu wkoll erba’ persuni oħra. L-uffiċjali li mietu kienu Ralph Frasure, William Perry u Jacob Chaffins. Wieħed mill-klieb mis-sezzjoni tal-K9 li s-Sur Chaffins kien jieħu ħsieb, ukoll miet f’dan l-inċident. 

Il-Kaptan Frasure kien ilu 39 sena mad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Prestonsburg, Kentucky. Id-Dipartiment qal li kien serva “b’unur u glorja sal-aħħar sekonda”. 

L-isparatura damet kważi tliet sigħat qabel ma s-suspettat Lance Storz ittieħed taħt arrest, wara negozjati twal li kienu jinvolvu membri tal-familja tiegħu. Huwa ġie mixli b’żewġ akkużi ta’ qtil ta’ uffiċjali ta’ pulizija, ħames akkużi ta’ attentat ta’ qtil ta’ uffiċjali tal-pulizija u b’attakk fuq annimal tas-servizz fost oħrajn.

Sport