Is-saga tat-trasferiment tad-difensur internazzjonali Franċiż ta’ Sevilla, Julse Kounde, issa ġiet fi tmiemha meta ffirma ma’ Barcelona b’mod uffiċjali.
Kollox kien qed jindika li dan il-player ta’ 23 sena kien se jingħaqad ma’ Chelsea sakemm daħlu għalih il-Katalani bil-konsegwenza li dawwar id-direzzjoni tiegħu.
Minkejja l-problemi finanzjarji, Barcelona ħallsu €46 miljun għall-firma tiegħu.
B’hekk Kounde sar il-ħames akkwist matul dan is-sajf … bl-erbgħa l-oħra jkunu Andreas Christensen (Chelsea), Raphinha (Leeds Utd), Robert Lewandowski (Bayern Munich) u Franck Kessie (Milan).