Monday, December 23, 2024

Jules Kounde ppreżentat minn Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona ppreżentaw uffiċjalment lid-difensur internazzjonali Franċiż, Jules Kounde, li akkwistaw mingħand Sevilla. 

Waqt din il-preżentazzjoni, il-president Katalan, Joan Laporta, li minkejja li kien hemm club ieħor viċin li jiffirma li dan il-player, Kounde nnifsu ried jingħaqad ma’ Barcelona. 

“Irrid ngħid li t-trasferiment ta’ Kounde kien xi ftit diffiċli minħabba li ġejna akkużati dwar il-fair play finanzjarju. 

“Aħna qed naħdmu ma’ kumpaniji serji fejn qed inbiegħu l-ishma tal-club biex insaħħu l-iskwadra. 

“Kounde kien konxju ta’ dan u għaldaqstant ried jistenna l-eżitu ta’ dan kollu minħabba li ried jiġi magħna mill-bidu. 

“L-aġent tiegħu, Jonathan Kebe, kien iċempilli kuljum dwar żviluppi ġodda iżda ma kellix xi ngħidlu …. sakemm il-club laħaq ftehim finanzjarju ma’ kumpanija ġdida.”

Ekonomija

Sport