Thursday, April 18, 2024

Jonathan Holland huwa l-Coach il-ġdid ta’ Malta U18 u Assistant Coach ta’ Malta U15

Aqra wkoll

Il-Malta FA ħabbret il-ħatra ta’ Jonathan Holland bħala l-Coach il-ġdid ta’ Malta U18 u Assistant Coach ta’ Malta U15.

Jonathan huwa personalità magħrufa ħafna fiċ-ċrieki tal-futbol lokali.

Meta kien player, huwa rrappreżenta lil Malta fil-livell tal-kbar 18-il darba, partita inqas (17) matul iż-żmien tiegħu mat-Team Nazzjonali tal-U21.

Kien captan ukoll tat-team nazzjonai Malti ta’ taħt it-18-il sena fis-sitt dehriet tiegħu li jirrappreżentaw lil pajjiżu f’din il-kategorija.

Huwa għamel aktar minn 300 dehra u skorja 55 goal fil-livell tal-kbar domestikament inkluż il-kontribut tiegħu fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA ma’ clubs li rrappreżenta, prinċipalment Floriana u Birkirkara, iżda wkoll il-perjodu tiegħu jilgħab ma’ Ħamrun Spartans.

Jonathan kellu wkoll esperjenza qasira barra minn xtutna, fejn lagħab għall-perjodu qasir fir-Renju Unit mat-team tal-Conference League Bradford Park AFC u fit-tramuntana fl-Iskozja ma’ Nairn County FC.

Jonathan kiseb il-liċenzja tiegħu ta’ coaching tal-UEFA A fl-2020, u kkwalifika wkoll fil-kors ta’ match analysts mogħti aktar kmieni din is-sena.

Fil-livell tal-Youths, huwa diġà kkowċja domestikament lil Melita, Sliema Wanderers, Hamrun Spartans, Floriana, u Birkirkara.

Fil-livell tal-kbar serva fl-irwol tiegħu ta’ Assistant Coach ma’ Hamrun Spartans, Floriana, u Birkirkara fejn okkupa r-rwol tiegħu sal-istaġun li għadda 2021/22.

Il-Malta FA qalet li tinsab kuntenta b’din il-ħatra, u tixtieq tilqa’ lil Jonathan abbord, u tawguralu l-isbaħ xewqat fir-rwoli l-ġodda tiegħu.

Ekonomija

Sport