Wednesday, October 7, 2026
Home Sport Julian Alvarez irid jibdel l-aġent biex ikun jista’ jingħaqad ma’ Barcelona

Julian Alvarez irid jibdel l-aġent biex ikun jista’ jingħaqad ma’ Barcelona

0
46

Julian Alvarez jinsab f’kunflitt mal-aġent tiegħu, Fernando Hidalgo, wara sajf li fih Barcelona ppruvaw jakkwistaw lill-attakkant ta’ Atletico Madrid għal €100 miljun. 

Alvarez ried imur ma’ Barcelona, iżda Atletico żammew il-pożizzjoni tagħhom u ma aċċettawx l-offerta. Arsenal kienu wkoll interessati, iżda ma għamlux offerta uffiċjali. 

Barcelona jistgħu jerġgħu jippruvaw jiffirmawh f’Jannar jew fis-sajf li ġej. 

Intant, Alvarez mhux kuntent bil-mod kif Hidalgo mexxa n-negozjati u qed jikkunsidra li jibdel l-aġent. 

Javier Pastore, eks plejer ta’ Palermo u Roma, jista’ jieħu post Hidalgo. Pastore waqqaf The Elegant Game fi tmiem l-2025, aġenzija li tirrappreżenta fost oħrajn lil Enzo Fernandez.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here