Liverpool reġgħu bdew kuntatti dwar trasferiment possibbli ta’ Kylian Mbappé mingħand Real Madrid.
Il-futur tal-Franċiż fil-kapitali Spanjola jidher inċert, hekk kif għadu ma rebaħ l-ebda trofew maġġuri ma’ Real Madrid minn meta ngħaqad magħhom sentejn ilu.
Liverpool kienu diġà fetħu taħditiet dwar il-possibbiltà li jeħduh fil-Premier League u issa reġgħu qajmu l-interess u l-kuntatti.
Rapporti fil-media Spanjola qed isostnu li diversi clubs Ingliżi huma interessati f’Mbappe, iżda Liverpool huma l-prijoritá tiegħu.
Gallardo qal ukoll li Liverpool diġà kkuntattjaw lil Fayza Lamari, omm Mbappe u r-rappreżentanta tiegħu. Il-wasla ta’ Mbappe f’Madrid kellha wkoll impatt fuq Vinicius Jr, Jude Bellingham u Rodrygo.




