Julian Nagelsmann inħatar coach tal-Ġermanja b’kuntratt sa Lulju 2024.
Dan il-coach ta’ 36 sena ħa post Hansi Flick, li tkeċċa wara sensiela ħażina ta’ riżultati, li laħqet il-qofol tagħha fit-telfa ta’ ħbiberija 4-1 kontra l-Ġappun aktar kmieni dan ix-xahar.
Nagelsmann ilu bla xogħol minn meta tkeċċa minn Bayern Munich f’Marzu li għada wara inqas minn sentejn fit-tmexxija.
Il-Ġermanja se tospita l-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tas-sajf li ġej, li se tintlagħab bejn l-14 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Lulju 2024.
“Għandna Kampjonat Ewropew f’pajjiżna stess. Dik hija xi ħaġa speċjali – xi ħaġa li tiġri kull ftit għexieren ta’ snin,” qal Nagelsmann.
“Ninsab immotivat li nieħu din l-isfida. Se nkunu grupp magħqud.”
L-ewwel partita responsabbli ta’ Nagelsmann se tkun dik ta’ ħbiberija kontra l-Istati Uniti, f’Connecticut, fl-14 ta’ Ottubru, u mbagħad tlett ijiem wara jaffrontaw lill-Messiku, f’Philadelphia.