Saturday, September 7, 2024

Julien Lopetegui jispjega l-aħħar żminijiet ma’ Wolves

Aqra wkoll

Il-kowċ Julen Lopetegui qal li ftit jiem qabel ma ħalla lil Wolverhampton Wanderers flimkien mal-istaff tiegħu nfaqa’ jibki għax ma stenniex li se jiġri dan kollu.

Il-kowċ Spanjol kien bena relazzjoni tajba mal-plejers u d-diriġenti iżda kellu jitlaq minħabba nuqqas ta’ qbil mal-bord tal-klabb.

Fl-istess waqt, Lopetegui wassal lit-tim sat-13-il post tal-klassifika u eventwalment salvaw posthom fil-kampjonat Premier Ingliż. Huma rebħu saħansitra kontra Liverpool u Tottenham Hotspur.

Bħalissa Wolves huma mmexxija minn Gary O’Neill.

Ekonomija

Sport