EXILES WELBEE’S……… 13
SLIEMA NEXAWIN…..… 18
(2-5, 4-5, 2-5, 5-3)
Wara t-telfa ta’ 18-14 kontra San Ġiljan, Sliema rritornaw għar-rebħ meta għelbu lill-ġirien Exiles bl-iskor ta’ 18-13. B’hekk huma temmew il-kampjonat regolari waħedhom fit-tieni post.
Sliema rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet bl-iskors rispettivi ta’ 5-2, 5-4 u 5-2 u mbagħad fir-raba’ sessjoni, konxji li r-rebħa kienet diġá assigurata sfaw megħluba bl-iskor ta’ 5-3.
Għal Sliema spikka ferm Benji Cachia b’sitt goals, bit-Taljan Franesco Di Fulvio li bħalma għamel fil-patrita preeċdenti kontra San Ġiljan reġa’ skorja goal wieħed biss, filwaqt li għal Exiles l-aqwa skorer kien is-solitu Kostantin Averka b’seba’ goals.
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef (1), D. Pace Lupi, M. Martellacci, F. Scardino, M. Fenech (4), K. Griscti (1), K. Averka (7), K. Tanti, K. Navarro, N. Bonavia, M. Brimmer, A. Cook, G. Schembri
Sliema: B. Busuttil, F. Di Fulvio (1), M. Gregory, J. Gambin, J. Cassar, B. Cachia (6), J. Cutajar (3), D. Rizzo, E. Schembri (2), J. Cachia (1), J. Chircop (1), D. Zammit, M. Bonello DuPuis, S. Engerer (1), S. Busuttil
Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca




