NEPTUNES BEST GYMS……….. 16
SAN ĠILJAN MAA DAIKIN….. 22
(4-5), (5-6), (4-6), (3-5)
San Ġiljan impressjonaw bil-kbir meta għelbu lill-ġirien iżda rivali eterni Neptunes bl-iskor kbir ta’ 22-16, biex b’hekk il-Ġiljaniżi kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva u kkundannaw lil Neptunes għall-ewwel telfa matul dan il-kampjonat wara xejn inqas minn disa’ rebħiet konsekuttivi.
Din ir-rebħa tista’ titqies bħala waħda iktar notevoli għal San Ġiljan minħabba li għall-aħħar darba reġgħu kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-erba’ players ewlenin Jake Tanti, Jeremy Abela, Ben Plumpton u Jake Bonavia li kienu sospiżi, kif ukoll Alec Fenech biex b’hekk ma lagħabx proprju kontra l-eks tim tiegħu.
San Ġiljan għamlu l-‘en plain’ meta rebħu s-sessjonijiet kollha bliskors rsteibi ta’ 5-4, 6-5, 6-4 u 5-3.
Għas-Saimts spikkaw ferm Jarko Marinic-Kragic, Jake Muscat u Nikolai Zammit li skorjaw ħames goals kull wieħed, filwaqt li għal Neptunes l-aqwa skorers kienu Ivan nagaev u Marko Zuvela li wkoll skorjaw ħames goals.
Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze, L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta, S. Camilleri (2), I. Nagaev (5), M. Castillo (1), J. Bajada (3), M. Azzopardi, M. Zuvela (5), M. Rossi, A. Fava, H. Shramm
San Ġiljan: K. Manara, J. Muscat (5), J. Marinic-Kragic (5), N. Schiavone, R. Caruana (2), M. Zammit (3), J. Darmanin, G. Galea, L. Fava, N. Zammit (5), D. Zammit (2), A. Fenech, A. Muscat, L. Dimech, D. Bugeja
Referees: Alessandro Cocchi, Filippo Scarselli




