Wednesday, July 24, 2024

Jurgen Klinsmann jitkeċċa minn coach nazzjonali tal-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

Jurgen Klinsmann tkeċċa minn coach tal-Korea t’Isfel wara biss 12-il xahar fil-kariga …  wara t-telfa tal-pajjiż fis-semifinali tat-Tazza tal-Asja.

Il-Ġermaniż ta’ 59 sena nħatar fi Frar tas-sena l-oħra u kellu kuntratt sa tmiem it-Tazza tad-Dinja tal-2026.

Il-Korea t’Isfel tilfu kontra l-Ġordan fit-Tazza tal-Asja, fis-6 ta’ Frar, biex issa ilhom 64 sena ma jirbħu dan l-unur.

L-FA tal-Korea ikkritikat it-tmexxija ta’ Klinsmann u qalet li bidla “hija meħtieġa”.

Il-partitarji, il-politiċi u l-midja Koreana kienu talbu biex Klinsmann jitkeċċa wara l-eliminazzjoni tagħhom fis-semi-finali fil-Qatar u kien hemm ukoll rapporti ta’ ġlied bejn il-players waqt il-kampjonat.

Ekonomija

Sport