Wednesday, July 24, 2024

Swieqi United Futsal fis-semifinali tal-Enemed Women’s Futsal Trophy

Aqra wkoll

Swieqi United ingħaqdu ma’ Lija Athletics A u Santa Margherita fis-semifinali tal-Enemed Women’s Futsal Trophy meta għelbu lil Mtarfa Futsal 4-3 wara l-ħin barrani.

Kienet logħba ferm sabiħa u bilanċjata biż-żewġ naħat li bdew jalternaw fil-vantaġġ tagħhom bl-iskor finali sa tmiem il-ħin regolamentari li kien dak ta’ 3-3.

Fil-ħin barrani, kienu Swieqi li skorjaw il-gowl tar-rebħa sabiex qatgħu passaġġ għal mal-aħħar erbgħa ta’ din il-kompetizzjoni.

Janice Pace poġġiet lil Mtarfa minn fuq sabiex Vanessa Carneiro skorjat doppjetta għal Swieqi u eventwalment qalbet l-iskor favur it-tim tagħha.

Wara li Charlene Cassia skorjat il-gowl tad-draw għal Mtarfa, Amy Abdilla għamlet l-iskor 3-2 favur Swieqi.

Tliet minuti qabel tmiem il-konfront, Oriana Bedingfield għamlet l-iskor indaqs 3-3 għal Mtarfa bil-logħba tmur għall-ħin barrani.

Swieqi skorjaw dak li kellu jkun il-gowl ta’ kwalifikazzjoni permezz ta’ Amy Abdilla.

Referees kienu Clinton Cassar u Antonio Cassar.

Sadanittant, is-semifinali tal-Enemed Women’s Futsal Trophy jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla fejn nhar it-Tlieta Lija Athletics A jilagħbu kontra Santa Margherita filwaqt li l-Erbgħa, Swieqi United Futsal jiltaqgħu kontra University of Malta ACJ Group.

Ekonomija

Sport