Tuesday, December 24, 2024

Jurgen Klopp jingħaqad mal-agenzija SPORTFIVE

Aqra wkoll

Wara li ħalla lil Liverpool wara disa’ snin fit-tmexxija tat-team, Jurgen Klopp se jimbarka fuq proġett mal-aġenzija tal-marketing, SPORTFIVE. 

Filwaqt li hija improbabbli li se jirritorna fil-coaching fil-futur qrib, it-team maniġerjali ta‘ Klopp, Project MJK, diġà ħabbar sħubija mal-aġenzija globali, b’kuntratt ta’ tliet snin. 

Huwa se jkun ir-rappreżentant kummerċjali  ta’ SPORTFIVE bil-preżenza tad-ditta globali ta’ Klopp, partikolarment fl-Asja u l-Istati Uniti, għandha tissaħħaħ bħala parti mill-ftehim.

Il-kont personali ta’ Klopp fuq Instagram, li tnieda biss ix-xahar li għadda, qed jiżdied b’eluf ta’ segwaċi, bil-funzjoni tiegħu tkun li jsaħħaħ il-firxa ta’ Klopp madwar id-dinja.

“Ninsabu eċċitati ħafna dwar din is-sħu­bija,” qal Mike Jaggle, id-direttur ma­niġerjali ta‘ Project MJK. “L-esperjenza ewlenija fl-industrija u l-infrastruttura globali ta’ SPORTFIVE se jippermettulna nespandu l-impronta tagħna u nesploraw opportunitajiet innovattivi barra mill-Ġermanja.”

Min-naħa tiegħu, l-uffiċjal kap tal-operat fi SPORTFIVE, Philipp Hasenbein, qal: “Jur­gen Klopp huwa l-inkarnazzjoni tal-eċċellenza, mentoring, intelliġenza emozzjonali, tmexxija u viżjoni fit-tul. Huwa l-persuna addattata għal dan il-proġett.”

Ekonomija

Sport