Tuesday, December 24, 2024

Jurgen Klopp jingħata sospensjoni ta’ logħba waħda

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp ingħata sospensjoni ta’ logħba waħda wara li l-FA rebħet appell kontra deċiżjoni inizjali li timmultah biss għal kondotta mhux xierqa.

Klopp tkeċċa għal protesti eċċessivi mal-assistent referee fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Manchester City, ix-xahar li għadda, wara li Mohmaed Salah ma rebaħ l-ebda foul wara li twaqqa’ minn Bernardo Silva. 

Oriġinarjament, il-coach Ġermaniż ġie mmultat £30,000 għall-inċident wara reviżjoni minn Kummissjoni Regolatorja Indipendenti, iżda l-FA appellat dan il-verdett u Klopp issa se jservi sospensjoni ta’ logħba. 

“Il-Bord tal-Appell indipendenti ppermetta l-appell tal-FA kontra s-sanzjoni ta’ Kummissjoni regolatorja Indipendenti fir-rigward tal-każ riċenti li jinvolvi lil Jurgen Klopp,” qalet stqarrija mill-FA.

“B’riżultat ta’ dan, il-manager ta’ Liverpool  ġie sospiż partita waħda b’effett immedjat, immultat £30,000, u wissa dwar l-imġieba tiegħu fil-futur.

“Jurgen Klopp qabel ammetta li kiser ir-regola E3 waqt il-partita tagħhom tal-Premier League kontra Manchester City FC nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022 u ġie mmultat £30,000.”

Huwa se jkun sospiż fil-logħba kontra Southampton li se tintlagħab f’Anfield, nhar is-Sibt.

L-assistent manager Pep Lijnders se jmexxi lil Liverpool minn fuq il-linja fin-nuqqas ta’ Klopp.

Ekonomija

Sport