Il-kowċ ta’ Juventus Thiago Motta jinsab xi ftit anzjuż biex jara l-kundizzjoni tal-attakkant internazzjonali Serb Dusan Vlahovic. Dan tal-aħħar qala’ daqqa f’koxxtu x-xellugija waqt il-logħba li Serbja lagħbu kontra d-Danimarka. Hu ħareġ fl-aħħar ħinijiet ta’ din il-logħba u proprju lbieraħ wasal fil-J Medical sabiex ikollu aktar testijiet mediċi.
Motta ma tantx għandu alternattivi jekk Vlahovic ma jkunx disponibbli għal-logħba li i Bianconeri għandhom kontra AC Milan fi tmiem din il-ġimgħa.