Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Juventus f’taħditiet sabiex tliet plejers iġeddu l-kuntratt tagħhom

Juventus f’taħditiet sabiex tliet plejers iġeddu l-kuntratt tagħhom

0
260

Id-diriġenti ta’ Juventus qed jaħsbu sabiex iġeddu l-kuntratt ta’ xi plejers li jinsabu fl-iskwadra tagħhom.

Wieħed minn dan hu d-difensur Federico Gatti li għandu 25 sena u li bil-mod il-mod qed jikseb postu fl-ewwel ħdax tal-Bianconeri. Wisq probabbli li hu se jġedded il-ftehim sas-sena 2028. Sadanittant, id-diriġent sportiv Cristiano Giuntoli beda wkoll taħditiet ma’ Manuel Locatelli u Dusan Vlahovic li jixtieqhom iġeddu l-kuntratt tagħhom u għalhekk jagħmlu aktar snin jilagħbu mal-Bianconeri.