Monday, May 13, 2024

Milan irdu lil Mike Maignan iġedded il-kuntratt

Aqra wkoll

Milan qed jitkellmu mal-gowlkiper Franċiż Mike Maignan fit-tentattiv li jħajruh iġedded il-kuntratt tiegħu. Dan tal-aħħar sar il-werriet ta’ bejn il-lasti, post fejn is-soltu kien okkupat minn Gianluigi Donnarumma li sentejn ilu ngħaqad ma’ Paris St Germain.

L-għan ta’ Milan hu li Maignan iġedded sas-sena 2028 għalkemm iridu joqogħdu attenti minn xi timijiet Ewropej li diġa’ xeħtu għajnejnhom fuqu. Fost l-oħrajn, insibu lil Chelsea u Bayern Munich li jixtiequ jakkwistaw il-firma tiegħu.

Sport