Friday, October 23, 2026
Home Sport Juventus … għandhom 16-il player li qed jirkupraw minn injury

Juventus … għandhom 16-il player li qed jirkupraw minn injury

0
56

Juventus komplew ikunu milquta minn problemi ta’ injuries, hekk kif Zeki Celik u Nico Gonzalez ingħaqdu mal-lista twila ta’ plejers imweġġgħin. Eżamijiet mediċi kkonfermaw li Celik sofra injury ħafif fil-muskolu ta’ wara tal-koxxa tax-xellug, filwaqt li Gonzalez weġġa’ fil-muskolu soleus tal-lemin.

S’issa, it-total ta’ players imweġġgħin huwa dak ta’ 16, li jinkludu injuries trawmatiċi, problemi muskolari u għejja fiżika.

Il-bidliet frekwenti fl-istaff tekniku u fil-preparaturi fiżiċi huma meqjusa bħala fattur possibbli f’din is-sitwazzjoni, hekk kif Juventus bidlu diversi preparaturi fiżiċi mill-2019 ’l hawn.

Il-players imweġġgħin huma: Jeremie Boga, Juan Cabal, Andrea Cambiaso, Zeki Celik, Francisco Conceicao, Jeff Ekhator, Federico Gatti, Nico Gonzalez, Kamil Grabara, Randal Kolo Muani, Manuel Locatelli, Weston McKennie, Arkadiusz Milik, Pape Sarr, Khephren Thuram u Kenan Yildiz.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here