Il-partita bejn Paris Saint-Germain u Lyon, li kellha tintlagħab il-Ħadd filgħaxija fil-Parc des Princes, ġiet posposta minħabba l-protesti kontra l-gvern u t-tħassib dwar is-sigurtà fil-kapitali Franċiża.
Il-konfront tat-tmien ġurnata ta’ Ligue 1 issa se jintlagħab it-Tnejn 26 ta’ Ottubru fit-8.30 pm, minflok il-Ħadd fid-8.45 pm. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Pulizija ta’ Pariġi pprojbiet li l-partita ssir fid-data oriġinali.
Il-bidla tfisser li l-logħbiet se tikkoinċidi maċ-ċerimonja tal-Ballun tad-Deheb f’Londra, fejn diversi players ta’ PSG huma nominati.
Iż-żewġ timijiet għandhom l-istess rekord wara seba’ logħbiet, iżda Lyon jinsabu quddiem PSG minħabba d-differenza tal-goals.




