Friday, April 26, 2024

Juventus interessati f’Isco

Aqra wkoll

Juventus qed isegwu b’attenzjoni kbira l-progress tal-eks player ta’ Real Madrid Isco. Dan tal-aħħar iddeċieda li jwaqqaf l-avventura li kellu ma’ Seville FC fi Spanja sabiex isib destinazzjoni oħra.

Id-diriġenti Bianconeri qed jippruvaw jidħlu għalih bil-kowċ Massimiliano Allegri li minn dejjem kien jammira l-istil ta’ logħob tiegħu.

Isco għandu 30 sena u wara perjodu twil ta’ disa’ snin ma’ Real Madrid ingħaqad ma’ Seville fejn minkejja li ngħata kuntratt ta’ sentejn, il-kowċ Jorge Sampaoli qal li l-player mhux kompatibbli għall-club.

Sport