Monday, May 13, 2024

Juventus interessati serjament f’Milinkovic Savic

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Juventus għadhom qed isegwu sew il-progress tal-attakkant ta’ Lazio Sergej Milinkovic Savic. Dan il-plejer kapaċi anke jilgħab bħala plejer ta’ nofs il-grawnd u jogħġob ħafna lill-kowċ Massimiliano Allegri li talab sforz aktar mid-diriġenti tiegħu.

F’dawn l-aħħar sigħat anke Paris St Germain, AC Milan u Manchester United ukoll urew interess fih.

Hekk kif Adrien Rabiot mistenni jitlaq lil Bianconeri, Milinkovic-Savic jaf ikollu l-ispazju tiegħu f’nofs il-grawnd tat-tim minn Turin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport