Monday, May 13, 2024

Milan favoriti għall-firma ta’ Serhou Guirassy

Aqra wkoll

Milan għadhom favoriti li jiksbu s-servizi tal-attakkant Serhou Guirassy mingħand Stuttgart. Dan tal-aħħar għandu kuntratt mat-tim Ġermaniż sat-30 ta’ Ġunju 2026 bi klawsola fil-kuntratt li tiswa €17-il miljun.

Sadanittant Juventus u Inter ukoll qed jirsistu għall-firma tiegħu. Guirassy hu plejer internazzjonali mill-Guinea fejn apparti Stuttgart, libes il-flokkijiet ta’ Reims, Lille, Laval u Rennes. Matul dan l-istaġun hu skorja 25 gowl minn daqstant logħbiet ma’ Stuttgart.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport