Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Barcelona se jneħħu lil Ansu Fati

Barcelona se jneħħu lil Ansu Fati

0
131

Barcelona se jneħħu lil Ansu Fati mill-iskwadra tagħhom wara Ġunju u se jkunu qed jisimgħu offerti mingħand timijiet prospettivi li jixtiequ jakkwistaw is-servizzi tiegħu.

Fati xejn ma rnexxa ma’ Brighton and Hove Albion u rritorna fil-Katalunja iżda hawn ftit qed isib postu.

Fati għandu 21 sena u lagħab 80 logħba ma’ Barcelona fejn skorja 22 gowl. Wara bidu eċċezzjonali fil-karriera tiegħu, il-livell ma baqax l-istess u dan qed iġiegħel lil Blaugrana sabiex ibigħuh.