Monday, May 13, 2024

Jitħabbru l-finalisti tal-MFPA Awards 2024

Aqra wkoll

Il-Malta Football Players Association se tkun qed tonora lill-plejers u protagonisti li spikkaw matul staġun ieħor eċċitanti meta għal sena oħra se torganizza l-MFPA Awards nhar il-Ħadd, 5 ta’ Mejju fil-lukanda Radisson Golden Sands.

It-tħejjijiet għall-avveniment ewlieni li l-MFPA tospita ta’ kull sena issa jinsabu fi stadju avvanzat u l-finalisti f’kull kategorija għadhom kemm ġew imħabbra wara li ntemmet il-votazzjoni li kienet miftuħa għall-plejers kollha li huma membri tal-MFPA.

Total ta’ 35 premju se jiġu ppreżentati matul is-serata, inklużi l-11-il plejer li se jiffurmaw parti mill-MFPA Best XI għall-istaġun 2023-24 fil-kampjonati prinċipali kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, flimkien mal-iktar żewġ unuri prestiġġjużi – l-MFPA Best Player. Bħal fl-edizzjonijiet preċedenti, il-MFPA se tkun qed tonora wkoll eks plejer jew personalità li tat kontribut straordinarju lill-futbol Malti.

Għall-unuri tal-MFPA Best XI hemm total ta’ 22 finalist f’kull kategorija. Ħamrun Spartans, li rebħu l-kampjonat Premier għat-tieni sena konsekuttiva, u Floriana, l-isfidanti ewlenin li huma ċerti mit-tieni post, għandhom l-akbar ammont ta’ nominati filwaqt li Birkirkara, li rebħu l-kampjonat, in-Knock-Out u s-Super Cup fil-kompetizzjonijiet tan-nisa, u Swieqi United, it-tieni tim fil-klassifika, huma l-iktar klabbs rappreżentati fejn jidħlu numru ta’ kandidati għall-post fl-MFPA Women’s Best XI.

It-tliet finalisti għall-unuri MFPA Best Player (irġiel u nisa) u r-rebbieħa jkunu magħrufa waqt is-serata tal-MFPA Awards. Fl-2023, dawn l-unuri ntrebħu minn Matthew Guillaumier, il-midfielder internazzjonali li dan l-istaġun qed jilgħab ma’ Stal Mielec fil-Polonja, u Jade Flask, plejer li tilgħab mat-tim nazzjonali tan-nisa u Swieqi United.

Għall-unuri tal-MFPA Best Young Player (irġiel u nisa), insibu tliet nominati – dawn l-awards intrebħu minn Shaun Dimech ta’ Valletta u Sara Saliba, ta’ Birkirkara, is-sena li għaddiet.

Il-finalisti fil-kategoriji taċ-Challenge League huma wkoll biċ-ċans li jirbħu l-premju tal-MFPA Best Overall Challenge League Player, unur li ntrebaħ minn Lydon Micallef ta’ Sliema Wanderers is-sena l-oħra. Hemm ukoll tliet kandidati għall-MFPA Best Amateur League player li ġie introdott fl-2022.

Minbarra l-kriterji ta’ eligibbiltà marbuta mal-ħin minimu ta’ logħob effettiv għan-nominati kollha, il-plejers ma setgħux jivvutaw għall-plejer/s mill-istess tim. In-nominati fil-fażi inizjali ntagħżlu minn panel ta’ kowċis fil-kategoriji rispettivi.

10 SNIN MEMBRI TAL-FIFPRO

L-MFPA Awards ta’ din is-sena għandhom sinifikat speċjali billi l-Assoċjazzjoni qed tfakkar l-10 anniversarju minn meta ġiet aċċettata bħala membru sħiħ tal-FIFPRO, l-organizzazzjoni dinjija li tirrappreżenta lill-plejers tal-futbol.

Carlo Mamo, Segretarju Ġenerali tal-MFPA, qal: “Bħala l-avveniment ewlieni li l-MFPA torganizza kull sena, l-MFPA Awards jeħtieġu xhur twal ta’ preparazzjoni biex intellgħu spettaklu li jiċċelebra u jirrikonoxxi b’mod xieraq il-wirjiet u s-suċċessi tal-plejers matul l-istaġun.

“L-MFPA hija xprunata mill-impenn kontinwu biex noffru appoġġ kostanti lill-plejers membri u s-sostenn tal-FIFPRO huwa kruċjali għalina biex insostnu u anke nżiedu s-servizzi, programmi ta’ assistenza u proġetti. Għaxar snin bħala membri sħaħ tal-FIFPRO huwa tragward importanti għall-MFPA u nħarsu ‘l quddiem biex niċċelebraw dan l-anniversarju matul l-MFPA Awards fil-5 ta’ Mejju.”

IL-FINALISTI TAL-MFPA AWARDS 2024

MFPA MEN’S BEST XI (4-3-3)

Goalkeepers: Rashed Al-Tumi (Sliema Wanderers); Georgi Kitanov (Floriana).

Centre-backs: Murilo Henrique Bernardo (Sliema Wanderers); Jean Borg (Sliema Wanderers); Oualid El Hasni (Floriana); Emerson Marcelina (Ħamrun Spartans).

Right-backs: Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Carlo Zammit Lonardelli (Floriana).

Left-backs: Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans); Maksim Valadzko (Floriana).

Midfielders: Geoffrey Acheampong (Sliema Wanderers); Yuri De Jesus Messias (Marsaxlokk); Edson Farias (Naxxar Lions); Matias Nicolas Garcia (Floriana); Roko Prsa (Ħamrun Spartans); Dunstan Vella (Floriana).

Forwards: Pablo De Carvalho (Naxxar Lions); Matheus De Sousa (Floriana); Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans); Jonny Do Nascimento (Ħamrun Spartans); Luke Montebello (Ħamrun Spartans); Kemar Reid (Floriana).

MFPA MEN’S BEST PLAYER 

In-nominati għall-MFPA Men’s Best XI huma biċ-ċans li jirbħu dan l-unur.

MFPA MEN’S BEST YOUNG PLAYER 

Rashed Al-Tumi (Sliema Wanderers); Paul Mbong (Birkirkara); Carlo Zammit Lonardelli (Floriana).

MFPA BEST COACH

Mauro German Camoranesi (Floriana); Paul Zammit (Sliema Wanderers); Luciano Zauri (Ħamrun Spartans).

MFPA WOMEN’S BEST XI (4-3-3)

Goalkeepers: Patricia Araujo Da Silva (Swieqi United); Janice Xuereb (Birkirkara).

Centre-backs: Stephania Farrugia (Birkirkara); Natalee Grace Geren (Hibernians); Rafanny Andreina Mendoza (Swieqi United); Charlene Zammit (Birkirkara).

Right-backs: Rebecca Bajada (Mġarr United); Valentina Rapa (Birkirkara).

Left-backs: Kiley Nicole Norkus (Hibernians); Ann-Marie Said (Birkirkara).

Midfielders: Brenda Borg (Mġarr United); Luana Vitoria Cabral (Mġarr United); Marta Grosso (Birkirkara); Veronique Mifsud (Birkirkara); Nicole Sciberras (Hibernians); Shona Zammit (Swieqi United).

Forwards: Karima Abdulai (Swieqi United); Salamatu Abdulai (Swieqi United); Joelma Alves Gabriel (Mġarr United); Arianna Del Moral (Birkirkara); Alexis Veronica Espitia (Hibernians); Alishia Sultana (Birkirkara).

MFPA WOMEN’S BEST PLAYER 

In-nominati għall-MFPA Women’s Best XI huma biċ-ċans li jirbħu dan l-unur.

MFPA WOMEN’S BEST YOUNG PLAYER 

Kaysia Micallef (Swieqi United); Veronique Mifsud (Birkirkara); Nicole Sciberras (Hibernians).

MFPA CHALLENGE LEAGUE

Goalkeepers: Reeves Cini (Pietà Hotspurs); Matthew Grech (Żabbar St Patrick).

Defenders: Christian Grech (Senglea Athletic); Rodolfo Soares (Żabbar St Patrick).

Midfielders: Matthew Debattista (Melita); James Scicluna (Żabbar St Patrick).

Forwards: Augusto Renè Caseres (Marsa); Andre Penha Da Costa (Melita).

MFPA BEST OVERALL CHALLENGE LEAGUE PLAYER

In-nominati fil-kategoriji abbinati maċ-Challenge League huma biċ-ċans li jirbħu dan l-unur.

MFPA BEST AMATEUR LEAGUE PLAYER

Kurt Borg (Mtarfa); Weverton Gomes (Pembroke Athleta); Jurgen Suda (Mġarr United).

MFPA BEST REFEREE

Ishmael Barbara; Trustin Farrugia Cann; Slobodan Petrovic.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport