Hekk kif Juventus qed jistennew deċiżjoni mingħand Adrien Rabiot jekk hux se jġedded il-kuntratt tiegħu jew le, huma qed jiċċaqilqu sabiex imorru fuq plejer ta’ nofs il-grawnd ieħor li inċidentalment jitkellem ukoll il-Franċiż. Dan hu Khephren Thuram li jiġi iben il-leġġendarju Lilian u ħu l-plejer ta’ Inter Marcus.
Jidher li Khephren jiswa madwar €25 miljun, somma li i Bianconeri huma lesti li jħallsuha.
Minkejja kollox, id-diriġenti Bianconeri jridu joqogħdo attenti mill-avvanzi ta’ Real Madrid u Manchester United li wkoll jixtiequ s-servizzi tiegħu.