Juventus għamlu kuntatt mal-aġent tal-midfielder ta’ Chelsea, Jorginho qabel ċaqliq possibbli għall-internazzjonali Taljan.
Il-player ta’ 29 sena – li kklassifika fit-tielet post fil-Ballun tad-Deheb ta’ din is-sena wara Robert Lewandowski u Lionel Messi – għad irid jestendi l-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge lil hinn mill-2023.
L-aġent ta’ Jorginho ikkonferma li l-klijent tiegħu ma jinsabx f’taħditiet ma’ Chelsea dwar ftehim ġdid, u bla sorpriża qed jissemma’ ritorn tiegħu fis-Serie A.
Juventus issa kkuntattjaw lir-rappreżentanti ta’ Jorginho direttament biex jirreġistraw l-interess tagħhom fir-rebbieħ tal-Euro 2020.
Jorginho qabel għamel 151 dehra fis-Serie A matul iż-żmien tiegħu ma’ Napoli u Hellas Verona, fejn skorja disa’ goals u pprovda 15-il assist.
Il-midfielder diġà skorja erba’ goals u pprovda assist minn 17-il dehra f’dan l-istaġun iżda kien sostitut mhux utilizzat fir-rebħa ta’ nhar l-Erbgħa kontra Watford.