Monday, April 29, 2024

Juventus jibqgħu barra miċ-Champions League

Aqra wkoll

Daqqa ta’ ras stupenda ta’ Olivier Giroud kienet biżżejjed biex Milan jegħlbu lil Juventus 1-0 fl-Allianz Stadium u jpoġġi lit-team tuegħu fiċ-Champions League waqt li Juventus huma barra għal kollox mill-kompetizzjoni elite.

Prattikament kienet play-off għall-aħħar post mal-ewwel erbgħa u r-Rossoneri kellhom bżonn punt biss grazzi għar-rekord superjuri tagħhom ta’ ras imb’ras, li rebħu 2-0 f’Ottubru.

Milan marru fil-vantaġġ fl-40 minuta meta Davide Calabria ta centre u Olivier Giroud tbiegħed minn Federico Gatti biex b’daqqa ta’ ras għeleb lil Wojciech Szczesny.

Danilo ħaseb li kien ġab id-draw b’volley minn corner, iżda Pierre Kalulu għamel il-pass deċiżiv minn fuq il-linja.

Sport