Thursday, April 18, 2024

Juventus jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Anthony Martial

Aqra wkoll

Juventus qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Manchester United, Anthony Martial.

Il-player ta’ 26 sena informa lir-Red Devils li jrid jitlaq matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, iżda l-club għad irid jirċievi offerta xierqa għas-servizzi tiegħu.

Il-manager temporanju ta’ Manchester United Ralf Rangnick qal li l-internazzjonali Franċiż irrifjuta li jkun parti mill-iskwadra kontra Aston Villa fil-Premier League nhar is-Sibt, għalkemm l-attakkant aktar tard saħaq li dan ma kienx il-każ.

Juventus huma determinati li jakkwistaw attakkant ġdid matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar u identifikaw lil Martial bħala akkwist possibbli.

Pierre-Emerick Aubameyang ta’ Arsenal u Dusan Vlahovic ta’ Fiorentina huma wkoll għażliet, iżda Martial huwa l-mira l-aktar realistika għall-Bianconeri.

L-ex player ta’ Lyon, li għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu f’Old Trafford, skorja 79 goal u rreġistra 50 assist f’268 dehra għar-Red Devils fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport