Thursday, July 25, 2024

Juventus jirbħu l-Coppa Italia għall-15-il darba

Aqra wkoll

Atalanta……… 0

Juventus…….. 1

Goal kmieni skorjat minn Dusan Vlahovic ta l-Coppa Italia lil Juventus għall-15-il darba hekk kif għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 1-0.

Juventus ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss erba’ minuti fet­ħu l-iskor meta Andrea Cambiaso għadda through pass lejn Dusan Vlahovic li għeleb in-nasba tal-offside … baqa’ jinsisti bil-ballun minkejja li kien attakkat minn Isak Hien u b’xutt qaw­wi għeleb lill-goalkee­per  Marco Carnesecchi.

Kien goal li ħasad għal kollox lil Atalanta iżda mal-ħin bdew jidħlu fil- partita u anke bdew jikkontrollaw l-andament tal- logħba.

Iżda, bil-Bianconeri jirtiraw lura, ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja. 

Fit-53 minuta, Juventus appellaw għal penalty wara li Hien għamel kuntatt ma’ Vlahovic iżda l-VAR iġ­ġu­dika li l-kuntatt kien wie­ħed minimu.

Fis-66 minuta, Atalanta ndirizzaw l-ewwel xutt lejn il-lasti avversarji minn Teun Koopmeiners iżda ġie antiċipat minn Weston Mc­Kinnie.

Fit-73 minuta, Juventus kellhom goal ta’ Vlahovic imħassar għal offside.

Fl-84 minuta, huma kie­nu  għoddhom għalqu l- partita iżda t-tentattiv ta’ Fabio Miretti ħabat ma’ taħt il-mimduda bil-ballun jinqala’ ‘l barra.

Atalanta ppruvaw jagħ­mlu reazzjoni biex isalvaw il-partita iżda r-riżultat baqa’ ma nbidilx.

Ekonomija

Sport