Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Man Utd jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Manchester United irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Newcastle 3-2 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jikkwalifikaw għall-UEFA Confe­rence League.

Man Utd v Newcastle – Manchester United laqgħu lil Newcastle United u reb­ħulhom bl-iskor ta’ 3-2.

L-iskorers kienu Kobbie Mainoo (31), Amad Diallo (58) u Rasmus Hojlund (85) filwaqt li Anthony Gor­don (49) u Lewis Hall (92) skorjaw għall-Magpies. 

Brighton v Chelsea – Chelsea komplew bis-sensiela pożittiva meta għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Cole Palmer (34) u Christopher Nkunku (63) filwaqt li Danny Welbeck (97) wieġeb għal Brighton. 

Iżda din ir-rebħa ġiet imtappna bit-tkeċċija ta’ Reece James (89).

Ekonomija

Sport