Sunday, December 22, 2024

Juventus jitnaqqsulhom 10 punti

Aqra wkoll

Juventus tnaqqsulhom 10 punti tas-Serie A biex niżlu fis-seba’ post tal-klassifika hekk kif il-Qorti Fe­derali tal- Appell tat il-verdett tagħha dwar l-iskandlu tal-qligħ kapitali.

Dan ifisser ukoll li l-Bianconeri huma prattikament barra milli jikkompetu fil- UEFA Champions League meta fadal żewġ partiti għat- tmiem. 

Aktar minn hekk, huma jistgħu jiġu sospiżi minn kull kompetizzjoni tal-UEFA. 

Intant, il-prosekutur tal-FIGC, Giuseppe Chine, talab biex Juventus jingħataw tnaq­qis ta’ 10 punti fil-proċess il-ġdid tagħhom dwar il-qligħ kapitali.

Il-Calcio e Finanza taw det­talji dwar kif din hija t-tielet proċess tal-każ tal-qligħ kapi­tali tal-Bianconeri mal-FIGC, wara t-tnaqqis riċenti ta’ 15-il punt tagħhom u wara l-appell lill-Collegio di Garanzia tal-CONI. 

L-ewwel proċess seħħ lura f’Mejju 2022 u l-club ġie lli­berat qabel ma nħarġet evidenza ġdida mill-investigaz­zjoni ta’ Prisma.

Juventus ġew akkużati li ffalsifikaw il-qligħ kapitali tagħhom permezz ta’ valuri min­fuħa ta’ trasferimenti ta’ players. L-appell riċenti tagħhom lill-Collegio di Garanzia kien parzjalment suċċess u ra l-penali ta’ 15-il punt tagħhom tiġi annullata temporanjament sakemm wa­sal dan it-tielet proċess.

Chine talab biex Juventus jingħataw tnaqqis ġdid ta’ 11-il punt u talab ukoll għal sospensjoni ta’ tmien xhur għal Pavel Nedved, Paolo Garimberti, Assia Gra­zioli-Venier, Caitlin Mary Hughes, Daniela Marilungo, Francesco Roncaglio u Enrico Vellano.

L-ebda sentenzi ġodda m’huma se jingħataw lil Andrea Agnelli, Maurizio Arrivabene, Fabio Paratici u Federico Cherubini, li kollha kellhom il-pieni tagħhom ikkonfermati mill-Collegio di Garanzia. 

Ekonomija

Sport