Juventus xeħtu ħarsithom fuq l-iffirmar tal-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena qed jiġbed interess minn madwar l-Ewropa u qabel kien marbut ma’ ċaqliq ma’ Chelsea, Liverpool u Real Madrid.
Wara li beda b’saħħtu l-istaġun fil-Ligue 1, Tchouameni għamel id-debutt mat-team nazzjonali ta’ Franza f’Settembru u minn dakinhar kiseb ħames dehriet internazzjonali.
Juventus qed jittamaw li l-interess ta’ clubs oħra ma jissarraf f’ebda offerta għal Tchouameni, hekk kif it-team Taljan jinsab ħerqan li jiffirmah huwa stess.
Massimiliano Allegri jqis lill-Franċiż bħala sostitut potenzjali għal Aaron Ramsey jew Weston McKennie, li jistgħu jitilqu minn Turin f’Jannar.
Tchouameni ingħaqad ma’ Monaco mingħand Bordeaux f’Jannar 2020, bil-kuntratt tiegħu fi Stade Louis II jibqa’ għaddej sas-sajf tal-2024.